Il-maġġoranza assoluta tad-Deputati fil-Parlament Ġermaniż approvaw it-tielet bailout għall-Greċja permezz ta’ vot li sar dalgħodu f’Berlin. B’kollox, 454 membru vvutaw favur u 113 il-Deputat ivvutaw kontra, filwaqt li 18 astjenew.
Aktar kmieni, il-Ministru Ġermaniż tal-Finanzi wissa lid-Deputati f’Berlin li kienu jkunu irresponsabbli li kieku kellhom jirrifjutaw il-pakkett ta’ għajnuna fiskali lill-Griegi. Meta tkellem waqt dibattitu fil-Parlament, il-Ministru tal-Finanzi qal li d-Deputati għandhom jaħtfu l-opportunità biex il-Greċja jkollha bidu ġdid wara daqstant xhur ta’ kriżi.
Madankollu, kien mistenni li l-pakkett għall-Greċja kien se jħabbat wiċċu ma’ reżistenza fost il-membri tal-Alleanza Konservattiva taċ-ċentru-lemin, immexxija mill-Kanċillier Angela Merkel. Il-pakkett tal-għajnuna fiskali għall-Greċja hu ekwivalenti għal 86 biljun ewro.
//= $special ?>