Lokali

Il-Pulizija tas-SWAT Team joħorġu kollha bis-sick

Dan is-sit huwa infurmat li bħalissa għaddejja kwistjoni kbira fost l-iskwadra SWAT tal-Pulizija, fejn dalgħodu 40 Pulizija kollha ħarġu bis-sick leave.

Sorsi infurmati tajjeb mill-qalba tad-Depot ikkummentaw ma’ MaltaRightNow.com li dan l-aħħar kien qed isir taħriġ kontinwu għall-iskwadra speċjalizzata SWAT. Dawn fost l-oħrajn se jkunu nvoluti direttament fis-sigurta’ għaċ-CHOGM.

Iżda ordni diretta biex dawn il-Pulizija jibdew joħorġu fuq patrol ħolqot ferment sħiħ. Aħna infurmati li lil dawn il-Pulizija ħarġuhom fuq patrol minħabba nuqqas ta’ nies fl-RIU. Kien għalhekk illi l-iskwadra SWAT ħarġet kollha bis-sick leave.