Għawdex Lokali

Jinsteraq jigger minn kamra fl-Out-patients tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

Il-Pulizija f’Għawdex qed jinvestigaw is-serq ta’ jigger mill-aktar żona tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn ikun hemm in-nies il-ħin kollu. Il-każ seħħ ftit tal-jiem ilu, meta l-ħaddiema tal-maintenance ħarġu għall-break.

Minn informazzjoni li kiseb MaltaRightNow.com, jirriżulta li l-ħaddiema poġġew l-apparat f’kamra fid-Dipartiment tal-Out-patients biex ikomplu jużawh meta jirritornaw għal xogħolhom. Madankollu, meta marru lura mill-break, il-jigger ma nstabx.

Il-ħaddiema għamlu rapport lis-CEO tal-Isptar, fejn issejħu wkoll il-Pulizija biex jinvestigaw. Għalkemm il-Pulizija qed jeżaminaw filmati minn cameras tas-CCTV li hemm f’diversi partijiet tal-Isptar, jirriżulta li min seraq il-jigger għadu ma nstabx.