Numru ta’ persuni, fosthom anzjani, qed jesprimu t-tħassib tagħhom ma’ MaltaRightNow.com għall-fatt li t-triq tagħhom fl-Imsida ilha għal numru ta’ jiem bla dawl pubbliku. L-uniku dawl li jeżisti ġej minn triq oħra li tmiss magħha.
Residenti li għamlu kuntatt u li lbieraħ filgħaxija bagħtu ritratti lil MaltaRightNow.com qalu li l-bozza fi Triq Gioacchino Navarro ilha maqtugħa mis-Sibt li għadda. Madankollu, rapporti li numru ta’ residenti għamlu lill-Kunsill Lokali rriżultaw fix-xejn.
Fil-fatt, jirriżulta li numru ta’ residenti rrappurtaw din is-sitwazzjoni lill-Uffiċċji tal-Kunsill Lokali minħabba l-biża’ li meta jidlam, it-triq tista’ ma tibqax sigura. Oħrajn ikkummentaw fuq in-numru ta’ ġrieden li jidhru fi Triq ix-Xatt, li tmiss mat-triq imdallma.
Il-persuni li tkellmu magħna qalu li wara li baqa’ ma sar xejn, minkejja r-rapporti lill-Kunsill Lokali, uħud mir-residenti rrappurtaw ukoll fl-Għassa tal-Pulizija bit-tama li ssir pressjoni fuq il-Kunsill. Madankollu, it-triq s’issa għadha mdallma kważi għal kollox!
//= $special ?>


