Raġel ta’ 54 sena mill-Mosta, sewwieq ta’ mutur, sofra feriti gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mosta. Fl-inċident, li seħħ għall-ħabta tal-12.15pm fi Triq Durumblat, għal xi raġuni l-mutur intlaqat minn vettura li kienet ħierġa minn Triq il-Mitħna.
Fil-post issejħu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li tah l-ewwel għajnuna fil-post. Mal-wasla l-Isptar, hu kien iċċertifikat li sofra minn feriti gravi iżda fortunatament mhuwiex fil-periklu li jitlef ħajtu.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.
(Ritratt: MRTU)
//= $special ?>

