Lokali

Tnejn l-isptar wara ħabta

Mhux magħrufa l-kundizzjoni ta’ żagħżugħha tqila li weġġgħet f’inċident tat-traffiku li seħħ f’Ħal Luqa għall-ħabta ta’ nofsinhar.

L-inċident seħħ fi Triq Ħal Far meta l-karozza, li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Marsa, u trakk li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 65 sena minn Ħal Għaxaq għal xi raġuni kellhom impatt.

Is-sewwieq tal-karozza weġġa’ ħafif. Il-kundizzjonijiet tal-passiġġiera u tas-sewwieq tat-trakk għadhom mhux magħrufa. Il-Pulizija qalet li minkejja li mhux magħrufa l-kundizzjoni tal-mara, it-tarbija li qed iġġorr ma ġralha xejn.