Internazzjonali

Żvelati s-sigrieti sesswali ta’ impjegati fil-Vatikan u n-Nazzjonijiet Uniti

Il-grupp ta’ hackers magħrufa bħala Impact Team żvelaw ismijiet u dettalji personali ta’ miljuni ta’ persuni – ħafna minnhom irġiel miżżewġa – li huma reġistrati fuq is-sit Ashley Madison. Din hija website assoċjata ma persuni miżżewġa li jkunu jridu esperjenzi barra ż-żwieġ.

Il-hackers żvelaw id-dettalji ta’ 37 miljun persuna li jinkludu dettalji sensittivi bħall-karta tal-kreditu, indirizzi u numri tat-telefown.

L-FBI qed tinvestiga dan il-ksur ta’ kunfidenzjalita’.

Interessanti l-fatt li l-hackers żvelaw lista sħiħa ta’ persuni reġistrati fuq dan is-sit elettroniku u li jinkludu ħaddiema f’banek, impjegati fil-Vatikan u uffiċjali tan-Nazzjonijiet Uniti. L-istess informazzjoni tinkludi l-fantażiji sesswali ta’ dawn il-persuni.

Fil-lista hemm ukoll persuni reġistrati bl-email uffiċjali tal-armata Amerikana u tad-dipartimenti tal-Gvern fl-Istati Uniti.