Lokali

Aktar problemi fuq tallinja card

Minkejja li issa ilha xahrejn li daħlet fis-seħħ is-sistema ta’ tallinja card, xorta għadhom qed jaslulna diversi ilmenti minn persuni li mhux jinqdew kif sippost b’din is-sistema.

Din il-ġimgħa tkellmet magħna persuna oħra li wara ġimgħat sħaħ tistenna tallinja card fl-aħħar waslitilha. Meta fetħet l-envelope, indunat li l-card waslet mingħajr dettalji.

Din il-mara qaltilna li din hija prova oħra kemm hemm taħwid fis-sistema l-ġdida – dewmien biex tistenna l-card, taħwid dwar il-kundizzjonijiet għall-użu tal-card, dwar jekk tistax tiġi trasferita minn persuna għall-oħra, kif hawn cards bid-dettalji u cards bla dettalji, kif hawn min irċieva tallinja card doppja, u problemi varji li issa ilhom għaddejin ġranet sħaħ.