Filmati minn kamera tas-sigurta’ juri l-mument li persuna mhux magħrufa jisraq fann minn ħanut f’San Pawl il-Baħar. Dan hekk kif il-ħwienet taz-zona ta’ San Pawl il-Baħar qed ikunu mwissija dwar ħallelin barranin.
Il-filmat juri koppja li għall-ewwel jidħlu f’ħanut minn fejn aktar tard joħorġu u jerħulha b’fann misruq mill-istess ħanut. Il-fann jinsteraq mir-raġel filwaqt li l-mara tidher fil-filmat qed takkumpanjah.
Il-filmati ttellgħu fuq il-midja soċjali minn sid ta’ ħanut li wissa lis-sidien tal-ħwienet l-oħra taz-zona ta’ San Pawl il-Baħar u l-Qawra minn dawn iż-żewġ persuni. Fit-twissija tagħha, din il-persuna appellat biex min għandu xi informazzjoni dwar dawn iż-żewġ persuni jgħaddieha lill-Pulizija.
//= $special ?>

