Lokali

Ġlieda bil-bżieżaq tal-ilma fil-Floriana għall-karita’

L-ewwel ġlieda f’Malta bil-bżieżaq mimlija bl-ilma se ssir b’risq l-Inspire u Puttinu Cares, fil-Grawnds tax-Xagħra tal-Floriana. Din l-attivita’ se ssir nhar it-30 t’Awwissu mill-5pm ‘il quddiem.

Madwar 3,000 persuna se jkunu qed jieħdu sehem f’din ġlieda li jistgħu jieħdu sehem fiha adulti u tfal. Se jkun hemm madwar 100,000 bużżieqa, b’madwar 50 bużżieqa għal kull persuna. Minbarra żoni differenti għal-logħob, se jkun hemm ukoll logħob għall-individwi u għall-gruppi.

L-organizzajonijiet qalu li mhux se jinħela ilma minħabba li l-bżieżaq se jkunu mimlija bl-ilma baħar, u kif ukoll, il-bżieżaq użati se jintremew kif suppost mingħajr ma ssir l-ebda ħsara lill-ambjent.

Il-prezz għall-adulti huwa dak ta’ €5, fejn se jingħataw 50 bużżieqa, filwaqt li għal €3 it-tfal ikollhom 30 bużżieqa.

Għal aktar informazzjoni tistgħu żżuru is-sit www.inspire.org.mt.