Internazzjonali

Ikkontrollati nirien fis-Cite des Sciences ta’ Pariġi

L-iskwadri għall-emerġenzi f’Pariġi rażżnu nirien kbar f’wieħed mill-akbar mużewijiet tax-xjenza tal-Ewropa. In-nirien li ħakmu fis-Cite des Sciences kienu kkontrollati wara li damu jaqbdu għal sitt sigħat fost theddida enormi għall-inħawi tal-madwar fil-kapitali Franċiża.

Il-kawża tan-nirien ma kinitx ċara iżda jidher li s-sistemi tal-allarm fis-sit kienu mitfijin minħabba x-xogħol ta’ kostruzzjoni li għaddej fl-inħawi. L-aħħar rapporti qalu li weġġgħu żewġ membri tal-iskwadri għall-emerġenzi fis-sit tan-nirien.

Miljuni ta’ nies iżuru s-Cite des Sciences fis-sena, u l-kumpless, li jinkorpora esibizzjonijiet għat-tfal, jintuża ġeneralment bħala ċentru għat-tagħlim tax-xjenza għall-pubbliku.