Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella llum waranofsinhar se jidħol l-Isptar Mater Dei biex għada filgħodu jsirlu intervent kirurġiku magħruf bħala cardiac bypass.
Meta ftit tal-ġranet ilu l-Ministru Vella kien fuq żjara uffiċjali fiċ-Ċina, kellu attakk ħafif kardijaku li wassal biex sarlu intervent fi sptar f’Beijing fejn tpoġġewlu żewġ stents.
Wara li rritorna miċ-Ċina, wara investigazzjonijiet, konsulenti lokali tawh il-parir li jagħmel operazzjoni tal-bypass ftit ġimgħat wara li kien wasal. Għalhekk dan l-intervent se jsir il-Ġimgħa filgħodu.
Wara dan l-intervent huwa mistenni li l-Ministru Vella jkollu bżonn ftit ġranet ta’ mistrieħ.
//= $special ?>

