Fi stqarrija mibgħuta bil-liġi tal-istampa, il-Kunsill Laburista ta’ Santa Venera wieġeb għall-akkużi li sarulu din il-ġimgha dwar atteġjament irresponsabbli. Dan minħabba li sejjaħ laqgħa tal-Kunsilli f’perijodu li huwa anqas minn dak rikjest bil-liġi.
F’ittra iffirmata mis-Sindku Laburista Stephen Sultana, jingħad li id-Dipartiment ta’ Moniteraġġ ikkonferma illi jidher li fl-ebda stante ma kien hemm ksur tal-liġi, u għaldaqstant il-laqgħa tal-Kunsill setgħet issir.
Sultana qal li huwa ta’ għajb ghall-kunsillieri Nazzjonalisti li lanqas għal laqgħa mhu jissaportu. Is-Sindku Laburista ta’ Santa Venera qal ukoll li id-decizjonijiet kollha relatati mal-finanzi jittieħdu madwar il-mejda.
Il-Kunsill ta’ Santa Venera jagħmel referenza għar-rapport tal-Awditur li juri kif il-Kunsill baqa’ jtejjeb l-operat tiegħu.
//= $special ?>