Lokali

Joseph Muscat għaffiġha

B’rabta mal-iżviluppi fuq iż-żona taż-Żonqor, il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li anke’ f’din il-kwistjoni, il-Prim Ministru Joseph Muscat bażwarha.

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Konferenza tal-Aħbarijiet minn Muscat dwar l-iżvilupp mill-Gordanizi kienet riżultat tal-pressjoni tal-ambjentalisti, s-soċjeta’ ċivili u l-Oppożizzjoni Nazzjonalista.

Il-Partit Nazzjonalista qal li nnota li Muscat ma kellu l-ebda għazla oħra ħlief li jerġa’ jippjana l-proġett kollu mill-ġdid wara li kien spiċċa iżolat.

Hija ħasra, kompla l-Partit Nazzjonalista, li l-unika soluzzjoni li kellu Muscat biex ma jużax art li hija ekoloġikament sensittiva, hi li xorta jibni fuq art ODZ.

Għall-Oppozizzjoni, din id-dikjarazzjoni hija nkwetanti.

Fl-aħħar nett, il-Partit Nazzjonalista qal li kontinwament, il-Gvern qed ipoġġi lilu nniffsu f’istwazzjonijiet li jkollu li jsewwi dak li jkun kisser. L-istqarrija ttemm tgħid li ċertament hemm mod ieħor ħafna aħjar ta’ kif għandu jitmexxa l-pajjiż.