Lokali

Joseph Muscat jibqa’ għaddej bi żvilupp fiż-Żonqor

Il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Gvern Laburista se jibqgħu għaddejin bi żvilupp fiż-Żonqor, Marsaskala,  minkejja l-oppożizzjoni ħarxa mill-pubbliku fl-aħħar ġimgħat u xhur. Joseph Muscat ħabbar dan waqt Konferenza tal-Aħbarijiet li għaddejja bħalissa f’Kastilja fil-preżenza ta’ numru kbir ta’ deputati Laburisti.

Muscat ħabbar li dik li qed tissejjaħ bħala l-‘Universita’ Amerikana’ ser tkun maqsuma fuq żewġ żoni differenti, iżda xorta waħda se jsir żvilupp fuq art fiż-Żonqor. Huwa qal li l-ewwel sit se jkun fih 3 kulleġġi u t-tieni sit se jkun fihom żewg kulleġġi.

Fil-konferenza Muscat qal li mhuwiex fattibbli li l-Universita’ Amerikana se tkun żviluppata fuq sitt siti differenti.

Waqt il-preżentazzjoni f’Kastilja, Joseph Muscat ftaħar bil-konsultazzjoni wiegħsa li saret mal-pubbliku dwar is-sit fejn għandu jinbena l-proġett tal-Ġordaniżi. Huwa saħaq li fil-proċess kollu, l-Gvern żamm f’moħħu l-għan li dwar dan il-proġett huwa ried jilħaq.

Tul il-preżentazzjoni li ssejjħet siegħa biss qabel ma kienet indirizzata minn Muscat, preżenti kien hemm numru ta’ mistiedna apparti xi deputati Laburisti.

Aktar dettalji dalwaqt…