Lokali

Muscat se jdawwar l-attenzjoni minn fuq skandlu għall-ieħor: issa l-bini fiż-Żonqor

Hekk kif fi ftit tal-minuti oħra, il-Prim Ministru Joseph Muscat mistenni jibda jindirizza konferenza tal-aħbarijiet, MaltaRightNow.com jinsab infurmat li din mistennija titratta l-Università żviluppata mill-Ġordaniżi fin-nofsinhar ta’ Malta.

Dwar dan, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kiteb fuq Twitter li jekk dan hu l-każ, “jidher li Joseph Muscat għandu bżonn idawwar l-attenzjoni minn skandlu għall-ieħor”, b’referenza għall-iskandlu attwali relatat ma’ Joe Sammut, li wassal għall-konferma tal-korruzzjoni istituzzjonalizzata li għaddejja bħalissa.

Il-bini fiż-Żonqor ilu suġġett ta’ kontroversja minn meta tħabbar mill-Prim Ministru Joseph Muscat erba’ xhur ilu. Din il-kwistjoni saħansitra wasslet biex f’Malta ġiet organizzata l-akbar protesta ambjentali li qatt saret.

SB Tweet AUM Announcement 200815