Lokali

Owen Bonnici jgħid li jemmen f’Ray Zammit

Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici jemmen f’Ray Zammit. Hekk iddikjara l-Ministru stess meta kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet ta’ MaltaRightNow.com dwar il-kariga li ngħata Ray Zammit bħala l-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija l-ġdida li se tieħu ħsieb il-Wardens.

Ray Zammit kien involut fil-każ tal-isparatura ta’ Paul Sheehan, ix-xufier tal-eks Ministru Manwel Mallia, meta kien żvelat li kien hu stess li ordna li l-karozza li fuqha seħħet l-isparatura titneħħa mix-xena tar-reat, minkejja li kellha ssir Inkjesta Maġisterjali.

Barra minhekk, dan l-aħħar sar magħruf ukoll li l-Familja Zammit kienet imdaħħal f’negozju ma’ Gaffarena. Dan il-fatt ħareġ mill-Inkjesta ta’ Michael Mallia, li ċċensurat l-aġir ta’ Zammit. Iżda minkejja l-konklużjonijiet ta’ din l-Inkjesta, il-Gvern żamm lil Ray Zammit fit-tmexxija tal-Aġenzija tal-Wardens b’paga fil-grad ta’ Kap Eżekuttiv.