Lokali

Ritratti: Issa tista’ tara lil Malta 3D!

Jekk ġieli użajt Google Earth jew Google Maps, żgur li kemm-il darba użajt il-faċilita’ li tara l-pajjiżi 3D. Iżda issa, l-kumpanija Google żiedet lil Malta fil-lista’ ta’ pajjiżi li wieħed jista’ jara 3D.

Permezz ta’ dan is-servizz, kull min juża Google Maps u Googl Earth, jista’ jkabbar l-istampa sakemm jibda jara saħansitra d-dettalji tal-bini li jidher ċar ħafna permezz tad-3D.

Ir-ritratti f’dan l-artiklu, meħuda minn Google Earth, juru filfatt id-dettalji ta’ uħud mill-aktar postijiet popolari f’Malta.

Il-pass li jmiss hu li pajjiżna jkollu wkoll is-servizz ta’ Google Street, fejn wieħed ikun jista’ saħansitra jinżel fil-livell tat-triq u jara l-bini tal-madwar permezz ta’ dan is-servizz.

Ritratti: Google Earth

malta 3d mosta 3aaa d 3D airport