Lejlet il-Festa ta’ Santa Marija, il-Gvern ħareġ Avviż Legali li permezz tiegħu mhux se jkun aktar meħtieġ li ssir applikazzjoni għal żvilupp f’żoni fejn hemm Sptarijiet.
Dan l-Avviż Legali qed jitqies bħala wieħed li għandu piż kbir għax fil-prattika, jiftaħ tieqa kbira għal min se jibni f’perimetru ta’ Sptar.
L-Avviż Legali jgħid li żvilupp fi Sptarijiet issa se jibqa’ jaqa’ taħt kategorija speċjali, mingħajr il-bżonn li tinħareġ notifika qabel l-iżvilupp.
U skont Avviż Legali ieħor li ħareġ fl-istess jum, dawn il-proġetti lanqas mhu se jkollhom l-obbligu li jagħmlu Environment Impact Assesment. B’hekk, il-Gvern se jkun ‘il fuq minn kull skrutinju tal-MEPA jew kull awtorità responsabbli mill-ippjanar.
Diġà hu magħruf li l-Gvern lest idaħħal interessi ta’ kumpaniji privati fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u fl-Isptar San Luqa.
Fil-fatt, f’Ġunju li għadda, il-kumpanija Vitals Globe Healthcare ta’ Singapore
//= $special ?>

