“Id-deċiżjonijiet li qed jittieħdu qed jagħmlu ħsara u mhux ġid, hemm bżonn li jkun hemm konsultazzjoni magħna l-ħaddiema”
Bosta bejjiegħa tal-ħaxix u anke bdiewa qalu lil dan il-portal li l-amminsitrazzjoni tal-pitkalija ħarġet ordni li minn nhar it-Tnejn li ġej ma jistawx jidħlu l-pitkalija bi frott u ħaxix li jkun ġa qiegħed fit-trakkijiet tagħhom.
Persuna li tkellem magħna qalilna li s-sitwazzjoni fil-pitkalija kull ma jmur qed tiggrava. Huwa qal li issa se tkun sitwazzjoni diffiċli għall-bejjiegħa li se jkollhom il-ħaxix tagħhom fit-trakkijiet tagħhom. Huwa qal ukoll li hemm ħafna li għandhom vettura waħda biex jerfgħu l-frott u l-ħaxix. Punt ieħor li tqajjem huwa li l-prodotti tal-ġranet ta’ qabel, b’din il-proċedura, se tkun diffiċli biex jinbiegħu. Dan se jikkawża ħafna ħela ta’ frott u ħaxix li jkun għadu tajjeb biex jinbiegħ lill-konsumatur.
Problema oħra hija għall-vannijiet li huma bil-kessieħa (fridge) fejn se tkun impossibli għalihom li jitilgħu b’vann vojt il-pitkalija. B’hekk minħabba dan, ħafna prodotti jistgħu jkunu esposti għall-elementi li jistgħu jagħmlu ħsara l-prodott.
Fil-konfront tal-bejjiegħa u tal-bdiewa, għandhom jittieħdu miżuri li jiffaċilitalhom ix-xogħol tagħhom biex b’hekk titnaqqsilhom it-tbatija u mhux iżidilhom. Jidher biċ-ċar għal dawk li tkellmu magħna li minflok se jkollhom xogħol eħfef u b’aktar effiċjenza se jiġrilhom viċi-versa.
Segwi l-kummenti kollha fl-awdjo t’hawn fuq.
//= $special ?>

