Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan ħabbar li f’Novembru kienet se ssir elezzjoni ġenerali bikrija.
Dan wara li l-Prim Ministru Ahmet Davutoglu ma rnexxilux jifforma gvern ġdid. Il-Partit AK, ta’ Davutoglu u Erdogan, tilef il-maġġoranza li kien ilu jgawdi għal dawn l-aħħar 12-il sena fl-elezzjoni ġenerali li saret f’Ġunju. Dan l-aktar minħabba s-suċċess tal-partit favur il-Kurdi, l-HDP.
Għal dawn l-aħħar xahrejn saru negozjati ibsin dwar koalizzjoni ta’ gvern imma ma nkisibx suċċess.
Elezzjoni bikrija fit-Turkija f’Novembru
