Għal Roderick Cachia u martu, it-twelid ta’ uliedhom kien episodju li kienu qed iħarsu lejh b’entużjażmu iżda sfortunatament kellhom iqattgħu erba’ xhur l-isptar għaliex uliedhom twieldu qabel iż-żmien.
Meta fortunatament għalihom din l-esperjenza ntemmet b’wiċċ il-ġid u uliedhom kisbu saħħithom u ħarġu mill-isptar, il-familja Cachia ddeċidew li bl-esperjenza tagħhom jgħinu lil oħrajn.
Kien għalhekk li waqqfu l-Fondazzjoni Qalb it-Tfal li għandha l-għan li jingħata sapport lill-ġenituri għaddejjin minn esperjenza simili waqt li jinġabru fondi għall-NPICU, in-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit.
Propju għal dan l-għan li Qalb it-Tfal bejn għada u l-Ħadd se torganizza sensiela ta’ attivitajiet f’Birżebbuġa.
Għal iktar informazzjoni dwar Qalb it-Tfal wieħed jista’ jsegwi wkoll il-paġna ta’ Facebook li ġġib l-istess isem.
Segwi l-filmat
//= $special ?>

