Lokali

Filmat: Ġurnalist ta’ Media.Link intimidat minn partitarji Laburisti

Joseph Muscat jibqa’ ma jgħidx meta se jippubblika l-kuntratt ma’ Sadeen tal-Ġordan

Partitarji Laburisti li l-Ġimgħa filgħodu nġabru biex jilqgħu lill-Prim Ministru Joseph Muscat f’Bormla, intimidaw ġurnalist ta’ Media.Link Communications li kien qed jistaqsi lill-Prim Ministru dwar x’passi se jittieħdu fil-konfront ta’ Joe Sammut, l-eks Teżorier tal-Partit Laburista li qed jiġi akkużat fil-Qorti b’frodi, misappropjazzjoni u falsifikazzjoni ta’ dokumenti.

Fil-filmati, li nġibdu mill-crew ta’ Media.Link Communications jidhru numru ta’ partitarji Laburisti jipprovaw jieħdu l-mikrofonu tal-ġurnalist li ftit qabel kien qed jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu lill-Prim Ministru.

Ġemgħa mdaqqsa ta’ partitarji Laburisti f’Bormla nġabru fis-sit tal-proġett minn Gvern Nazzjonalita tal-Baċir Numru 1 biex jagħtu merħba lil Joseph Muscat wara li l-Ġimgħa ħabbar li kien se jibqa’ għaddej bi żvilupp fuq art ODZ fiż-Żonqor. Ħabbar ukoll li parti minn dik li qed tissejjaħ ‘Universita’ Amerikana’ se tkun qed tiġi żviluppata mill-Ġordaniżi f’Bormla, biswit il-Baċir Numru 1.

Mistoqsi mill-ġurnalisti, Jospeh Muscat irrifjuta li jgħid meta se jkun ippubblikat il-kuntratt li ffirma ma’ Sadeen iżda sempliċiment qal li l-kuntratt se jkun ippubblikat wara li jiġi ppubblikat il-Heads of Agreement.

glenn bedingfield

 

Ritratt: L-impjegat fl-uffiċju tal-Komunikazzjoni tal-Uffiċju tal-Prim Ministru, Glenn Bedingfield, jidher irażżan partitarji Laburisti li ntimidaw il-ġurnalist ta’ MaltaRightNow.com