Lokali

Filmat: Il-gvern seta’ kellu tort

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ammetta li l-Gvern jista’ jkun li għandu xi ftit tat-tort li Joe Sammut, eks teżorier tal-Partit Laburista, tħalla joħroġ permessi ta’ residenza lil-Libjani.

Mistoqsi mill-ġurnalisti waqt konferenza tal-aħbarijiet, Edward Scicluna qal li jista’ jkun li l-Gvern ħalla tieqa minn fejn Sammut seta’ għadda.

Madankollu Edward Scicluna ħarab milli jwieġeb il-mistoqsija oriġinali, jiġifieri jekk iħossx li n-nuqqas ta’ pożizzjoni mill-gvern qed ittappan ir-reputazzjoni ekonomika ta’ pajjiżna. Minflok irreferiena għall-istqarrija maħruġa miċ-Chairman tal-MFSA.

Min-naħa tiegħu appella li l-d-Dipartimenti u Ministeri jridu jingħaqdu iktar u jaħdmu b’iktar koordinazzjoni u kooperazzjoni.