Illum, sentejn u nofs wara l-ħatra ta’ Gvern Laburista, il-poplu qed jinduna li kien il-Partit Laburista u mhux il-moviment ta’ Joseph Muscat li rebaħ l-elezzjoni sentejn u nofs ilu.
Kliem l-editur tal-ġurnal The Malta Independent Pierre Portelli fl-analizi tiehgu tal-ewwel sentejn u nofs ta’ Gvenr Laburista. Portelli kien mistieden fil-programm Iswed fuq l-Abjad fuq NET TV.
Ħafna nies, issa li għaddew dawn is-sentejn u nofs, issa bdew jirrealizzaw li huwa l-Partit Laburista li rebaħ l-elezzjoni u mhux Joseph Muscat u dak il-moviment li konna nisimgħu dwaru fi żmien l-elezzjoni”.
Illum, sentejn u nofs wara, isostni Pierre Portelli, bdew ħerġin l-iskeletri tal-passat tal-Partit Laburista li jieħdu lura lill-poplu għas-snin tmenin.
Bdew ħerġin issa l-iskeletri u l-ispettri tal-passat. U min għex fis-snin 80, jiftakru dawn l-affarijiet. Jiftakru banek li ma tagħrafx id-differenza jekk hux banek tal-Gvern li jgħidlu l-Gvern jghidlu x jagħmel jew jekk hux bank tax-shareholders privati. Nies li għamlu deal bħal ma għamel Gaffarena, segretarji parlamentari li jaqtgħu deal tajba mal-post fejn kienu jahdmu. Dawn huma affarijiet li konna ngħixuhom fis-snin tmenin.
It-tema ta’ nies li saru sinjuri mil-lum għal għada kuntrarju ghal nies li mhumiex jinghataw dak li huwa dritt taghhom tispikka wkoll fl-analizi li ghamel Albert Gauci Cunningham l-editur tal-gazzetta Illum.
Gauci Cunningham jirreferi għal każ ta’ mara li marret biex tingħata sussidju fuq xiri ta’ wheelchair li iżda ingħatat risposta li ma għadx hemm flus.
In-nies mingħajr ma trid jibdew jgħidu ‘Eh mela għal wheelchair għall-bżonn m’hawnx flus imbagħad jixegħlu t-tv filgħaxija u jaraw dak ħa miljuni ‘l hawn, dak ħa miljuni ‘l hemm, dik l-esproprjazzjoni ġiet tiswa daqshekk in-nies jirrabbjaw jisimgħu pereżempju dak ha miljun u xi ħaġa, dik qed taqla’ 13-il elf u ma tistax tiġġustifikahom’
Cunningham itemm l-intervent tiegħu billi jawgura li l-Partit Laburista jibqa’ moviment tan-nies.
Il-moviment li rebaħ fl-aħħar elezzjonijiet ġenerali kien moviment tan-nies. Jekk xi darba l-PL jinsa dan ma jibqax moviment. Għax fl-aħħar, kif għedna fl-editorjal, fil-ħin tal-prova huwa lill-poplu li trid miegħek mhux dawk in-nies li qegħdin miegħek biex jakkwistaw imbagħad meta jarawk qed tidbiel u titlef jitilquk u jabbandunawk.
//= $special ?>

