Internazzjonali

Funeral f’Ruma joħloq polemika

epa04890411 People attend the funeral procession of alleged mafia member Vittorio Casamonica, outside Don Bosco church in Rome, Italy, 20 August 2015. An alleged Rome mafia boss was given a send-off to remember as rose petals were thrown from a helicopter and an orchestra played the theme tune of the celebrated mobster film The Godfather. Vittorio Casamonica, 65, was an alleged prominent member of the Casamonica clan, which has been held responsible for drug trafficking, racketeering and prostitution in the area southeast of Rome. EPA/MASSIMO PERCOSSI

Hemm rabja u għadab għall-funeral kbir li sar lil kap tal-Mafja Taljan. Fost affarijiet oħra li saru, twaddbu petali tal-ward minn ħelikopter fuq it-tebut. It-tebut inġarr f’karru miġbud minn żwiemel imżejna u akkumpanja d-daqq tal-mużika mill-film ‘The Godfather’ minn banda.
Il-funeral kien ta’ Vittorio Casamonica, ta’ 65 sena, u fuq il-faċċatta tal-Knisja ta’ San Giovanni Bosco, fil-periferiji ta’ Ruma, fejn sar il-funeral, twaħħlu posters li jiddeskrivuh bħala “r-Re ta’ Ruma”.
Casamonica kien wieħed mill-mexxejja ta’ grupp Mafjuż imdaħħal fit-traffikar tad-droga u r-rikatti, u l-mod kif sar il-funeral kien deskritt minn ħafna politiċi Taljani bħala sfida lill-awtoritajiet.
Ignazio Marino, is-Sindku ta’ Ruma, li kien irrifjuta li jirriżenja minħabba investigazzjoni dwar il-Mafja fit-tmexxija tal-belt kapitali Taljana, talab spjegazzjoni mill-bqija tal-kunsill għal kif seta’ jkun hemm funeral simili fit-toroq ta’ Ruma mingħajr ħadd ma jitniffes.