Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu illum il-Ġimgħa, 21 ta’ Awwissu.

IN-NAZZJON jirrapporta kif il-Gvern Laburista xorta baqa’ għaddej bl-iżvilupp fiż-Żonqor. Ikompli jsegwi l-akkużi serji li qed jiffaċja l-eks Teżorier tal-PL Joe Sammut, fejn jinnota skiet li jtarrax mill-Prim Ministru Joseph Muscat u mill-Ministri Chris Cardona, Edward Scicluna u Carmelo Abela.

THE MALTA INDEPENDENT tirrapporta bi prominenza dak li tħabbar ilbieraħ fejn tirrimarka li l-iżvilupp fuq art ODZ fiż-Żonqor se jkun 80 fil-mija anqas minn dak propost oriġinarjament.

L-ORIZZONT b’impressjoni artistika ta’ kif se tiġi tidher l-Universita’ Amerikana fiż-Żonqor u f’Baċir Numru 1.

Il-ġurnal TIMES OF MALTA b’rapport interessanti dwar Avviż Legali li ħareġ lejlet Santa Marija, li se jwassal biex kull żvilupp fi sptar mhux se jkollu bżonn permess tal-MEPA. Dan qed iqajjem tħassib minħabba l-interessi ġodda li hemm minn żviluppaturi privati kemm fl-Isptar t’Għawdex kif ukoll fl-Isptar San Luqa li għandu artijiet mifruxa fuq zona kbira.