Jekk il-pajjiż mhux se jsaħħaħ l-infrastruttura, se nibqgħu nisimgħu bl-inċidenti għax il-pajjiż ma jkunx jista’ jlaħħaq mat-tkabbir ekonomiku u ż-żieda fit-turiżmu. Twissija ċara mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, li ndirizza laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) qabel jitħabbar il-Budget 2016.
Fid-diskors tiegħu, Edward Scicluna rrefera wkoll għal dik li sejjaħ bħala “lista twila ta’ lmenti”, jiġifieri setturi differenti li ġew imwegħda xi ħaġa mill-Partit Laburista qabel l-elezzjoni ġenerali u li s’issa baqgħu jistennew.
Edward Scicluna ħabbar li l-Gvern se jissellef €90 miljun għas-sena finanzjarja li jmiss, iżda fl-istess ħin irid jitnaqqas id-defiċit jekk il-pajjiż irid inaqqas id-dejn. Dan fid-dawl li fis-sentejn ta’ Gvern Laburista, id-dejn nazzjonali żdied b’nofs biljun mill-2012 għall-2014.
Bejn l-2011 u l-2012, l-aħħar sentejn sħaħ ta’ Gvern Nazzjonalista, id-dejn nazzjonali żdied biss b’1.3%, filwaqt li fl-2013 u l-2014, is-sentejn ta’ Gvern Laburista, id-dejn nazzjonali żdied bi 3. 4%.
//= $special ?>