Internazzjonali

Kim Jong-un lest għal gwerra

Is-suldati tal-Korea ta’ Fuq lesti ghall-gwerra. L-armata tal-Korea komunista giet ordnata titpogga fuq alert massimu wara li fl-ahhar sighat kien hemm rapport ta’ sparar kontinwu tul il-fruntiera mal-Korea t’Isfel.

Kim Jong-un qed jhedded li jattakka lill-Korea t’Isfel kemm-il darba ma jieqfux ix-xandiriet li qed jaslu permezz ta’ speakers li hemm tul il-fruntiera. Dawn qed jigu interpretati bhala theddida ghall-pajjiz Komunista, b’messaggi kontinwi kontra r-regim. Ghalhekk, is-suldati tal-Korea ta’ Fuq jinsabu lesti biex meta jinghataw l-ordni jibdew operazzjoni military kontra Seoul.