Fi stqarrija l-GWU ikkonfermat li bdiet eżerċizzju ta’ ristrutturar sabiex jitnaqqsu numru ta’ ħaddiema mill-media tagħha.
Il-GWU qalet illi minħabba kompetizzjoni qawwija fis-suq, kif ukoll minħabba tnaqqis sostanzjali fl-ordnijiet ta’ stampar kummerċjali, il-Union Print se tkun qed tagħti bidu għal ristrutturar fl-operazzjonijiet tagħha.
Biex dan il-pjan jintlaħaq se tidħol fis-seħħ skema volontarja ta’ irtirar kmieni. Il-ħaddiema milquta se jingħataw l-għajnuna kollha meħtieġa biex isibu xogħol alternattiv.
Il-ħaddiema milquta huma impjegati ma’ IT-TORĊA u L-ORIZZONT kif ukoll il-portal tal-GWU.
//= $special ?>


