Lokali

Muscat dgħajjef quddiem il-korruzzjoni istituzzjonalizzata – Partit Nazzjonalista

Joseph Muscat qed ikun dgħajjef quddiem il-korruzzjoni istituzzjonalizzata li daħlet f’pajjiżna fl-aħħar sentejn. Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li l-iskandlu ta’ Joe Sammut, flimkien ma’ sensiela ta’ skandli tal-Gvern ta’ Joseph Muscat, jikkonfermaw kemm f’pajjiżna teżisti korruzzjoni istituzzjonalizzata, u li din daħlet minn nies qrib il-Partit Laburista.

L-uniku reazzjoni ta’ Muscat wara jiem f’silenzju għal dak li ġie żvelat fil-Qorti kien li jfarfar minn fuq spalltu. Il-PN kompla li Muscat irid jirrealizza li hu l-Prim Ministru u l-poplu jistenna li hu jieħu d-deċiżjonijiet.

L-istqarrija tkompli li Joe Sammut huwa viċin ħafna tal-Partit Laburista, tant li : kien il-bniedem li jmexxi l-finanzi tal-Partit Laburista, kien kandidat għal erba’ elezzjonijiet ġenerali, kien ġurnalist tal-media Laburista għal numru ta’ snin

Taħt Joseph Muscat, pajjiżna spiċċa b’korruzzjoni istituzzjonalizzata, ittemm l-istqarrija tal-PN.