Il-Prim Ministru Joseph Muscat mhux se jkun qed jirtira permessi għal residenzi li ngħataw b’mod illegali mill-eks Teżorier tal-Partit Laburista Joe Sammut. Joe Sammut tlett ijiem ilu tressaq il-Qorti akkużat b’attivita’ illegali li permezz tagħha kien qed joħloq kumpaniji fittizji biex Libjani jkunu jistgħu jingħataw residenza f’pajjiżna.
Joseph Muscat ikkonferma dan f’Konferenza tal-Aħbarijiet li saret f’Baċir Numru 1 f’Bormla, fost ġemgħa ta’ partitarji Laburisti li kienu wkoll preżenti biex iċapċpu lil Joseph Muscat.
Meta kien mistoqsi minn MaltaRightNow.com, Joseph Muscat qal li l-anqas m’hu se jkun qed jieħu passi fil-konfront ta’ Joe Sammut bħala Prim Ministru ta’ Malta. Minflok hu qal li Identity Malta qed tieħu ħsieb il-kwistjoni hi mingħajr ma ta ħafna dettalji dwar dan. Identity Malta hija l-aġenzija tal-Gvern li tieħu ħsieb ir-residenzi ta’ barranin u hi mmexxija mill-kandidat Laburista Joe Vella Bonnici.
//= $special ?>

