Wara li għaddew aktar minn tlett ijiem minn meta l-Pulizija ta’ Kontra l-Frodi pproċediet fil-Qorti kontra l-eks Tezorier tal-PL Joe Sammut iżda sal-lum il-Prim Ministru Joseph Muscat għażel li jibqa’ b’fommu magħluq.
Għal xi raġuni sa issa l-Prim Ministru Joseph Muscat għadu qed isibha diffiċli biex jagħmel dikjarazzjoni ċara li l-Gvern tiegħu se jiġġieled kull abbuż.
U l-istess qed jagħmlu l-membri tal-Kabinett tiegħu li wkoll għandhom ħafna responsabbiltajiet xi jġorru. Fosthom, u forsi l-aktar, il-Ministri Carmelo Abela, Edward Scicluna u Chris Cardona li rispettivament imexxu l-oqsma tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, il-Finanzi u l-Ekonomija.
Sa issa dawn ukoll kienu inkapaċi biex iwieġbu għad-diversi mistoqsijiet li qed ikomplu jqumu dwar dan l-iskandlu li l-media ilha x-xhur tiżvela.
Aktar dettalji dwar din l-istorja fil-ġurnal In-Nazzjon.
//= $special ?>

