Lokali

Talba biex l-Awditur Ġenerali jestendi l-investigazzjoni tiegħu dwar il-garanzija statali għall-bini tal-Power Station

L-Awditur Ġenerali jikkonferma li beda l-investigazzjoni tiegħu

Ġimgħa wara li l-Gvern ħabbar li l-garanzija statali għall-bini tal-Power Station il-ġdida telgħet għal €360 miljun, l-Oppożizzjoni talbet lill-Awditur Ġenerali biex l-investigazzjoni oriġinali dwar il-proġett tal-Power Station u l-ewwel garanzija bankarja tiġi estiża għall-garanzija statali totali ta’ €360 miljun.

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista, permezz taċ-Chairperson tal-Kumitat Parlamentari tal-Kontijiet Pubbliċi Tonio Fenech, il-Viċi Kap għall-Ħidma fil-Parlament u Shadow Minister għall-Finanzi Mario de Marco, ix-Shadow Minister għall-Ekonomija Claudio Grech u x-Shadow Minister għall-Enerġija Marthese Portelli, illum bagħtet ittra lill-Awditur Ġenerali biex titolbu jinnota l-bidla fil-garanzija statali, li issa ġiet estiża wkoll fil-perjodu.

Fl-aħħar jiem, l-Oppożizzjoni rċeviet ittra mingħand l-Awditur Ġenerali, li fiha l-Awditur Ġenerali kkonferma li beda l-investigazzjoni tiegħu. L-Oppożizzjoni ssostni t-tħassib tagħha minħabba li din hi garanzija statali unika u bla preċedent biex konsorzju privat ikun jista’ jissellef il-flus biex jibni Power Station ġdida.

Agħfas hawn biex tara kopja tal-ittra mibgħuta lill-Awditur Ġenerali.
Ittra PN lill-Awditur Generali 210815