Pulizija ta’ kontra l-irvellijiet użaw il-forza diversi drabi kontra folol ta’ immigranti maqbuda tul il-fruntiera bejn il-Greċja u l-Maċedonja. Dan wara l-Ħamis il-Gvern ta’ Skopje ddikjara stat ta’ emerġenza minħabba l-ammont kbir ta’ nies li qed jaqsmu l-fruntiera bl-iskop li jidħlu f’pajjiż tal-Unjoni Ewropea.
F’dawn l-aħħar ġranet kien hemm baħar ta’ immigranti minn pajjiżi differenti li qed jippruvaw jaslu sal-Ungerija qabel ma jispiċċa x-xogħol f’ħajt tul il-fruntiera mas-Serbja – dħul ewlieni tal-immigranti illegali lejn l-Ungerija. Ħafna mill-immigranti daħlu fil-Greċja imma peress li fil-pajjiż hemm kriżi finanzjarja, ma jridux jibqgħu hemm.
L-aktar inċidenti serji seħħew mas-sebħ il-Ġimgħa hekk kif folol ta’ immigranti ppruvaw jaqsmu lejn il-Maċedonja mill-Greċja. Il-Pulizija min-naħa tagħha sparat il-gass tad-dmugħ kif ukoll bombi tal-ħoss u poġġiet il-barbed wire.
//= $special ?>