Żewġ ġuvintur u tfajla ġew miżmuma mill-Pulizija wara li inqabdu fuq il-bejt tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. iż-żgħażagħ tressqu l-Qorti b’urġenza illum stess quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia. Huma ġew immultati €50 kull wieħed.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-4.30am.
Pulizija mill-għassa tal-Belt Valletta marru fil-post wara li faqqa alarm. Kien hawn li l-Pulizija sabu lit-tliet persuni fuq il-bejt tal-Kon-Katidral. Jirriżulta li dawn huma turisti, u li telgħu fuq il-bini ta’ San Ġwann minn scafolding li hemm biswit il-Kon-Katidral.
Iż-żgħażagħ huma Daniel Eberhard ta’ 25 sena mill-Iżvizzera u l-Ġermaniżi Veronika Zakon u Werner Eberle li t-tnejn għandhom 27 sena.
//= $special ?>

