Dalgħodu għal ħabta tal-ħdax u kwart ta’ filgħodu seħħet hold-up fi Triq il-Wilġa f’Paceville. Fil-hold-up insertqu mat-tlett t’elef Ewro minn stationery meta raġel barrani daħal armat b’sikkina.
Fuq il-post issejħu l-pulizija tar-Rapid Intervention Unit li bdew mill-ewwel bit-tfittxija għar-raġel barrani.
Ħadd ma ndarab waqt il-hold-up.
//= $special ?>

