Lokali

Il-biljetti ta’ ġimgħa tat-trasport pubbliku out of stock

Il-biljett validu għal ġimgħa fuq il-karozzi tal-linja bħalissa jinstab out of stock u b’hekk wieħed jista’ jixtri biss il-biljett ta’ sagħtejn. Hekk ġie żvelat illum fil-ġurnal The Malta Independent fi storja fuq il-paġna ta’ wara.

Rappreżentanti tal-Customer Care tal-Malta Public Transport meta mistoqsija dwar is-sitwazzjoni sempliċiment kkonfermaw li ma’ kienx hemm biljetti ta’ ġimgħa. Mitluba jgħatu data meta dawn il-biljetti ser ikunu mill-ġdid disponibbli għal bejgħ ir-rappreżentanti qalu biss li l-kumpanija kienet konxja mill-problema iżda sostnew li s’issa ma’ kien hemm ebda żmien stipulat.

Is-sitwazzjoni tan-nuqqas ta’ biljetti ta’ ġimgħa wasslet għal bosta lmenti minn ħafna turisti li spjegaw li ma’ setgħawx jifhmu kif spiċċaw il-biljetti ta’ ġimgħa meta s-servizz kien beda biss inqas minn xahrejn ilu.

Is-servizz il-ġdid ta’ tal-linja card kien ġie varat fl-1 ta’ Lulju li għaddha; meta spikkaw ix-xeni ta’ kaos u kjuwiet twal fil-venda tal-linja hekk kif spikkaw l-ilmenti tan-nies dwar cards li ma kienux qed jaħdmu jew nies li kienu applikaw għal card iżda kienu għadhom ma’ rċivewiex.