Il-Front kontra it-TTIP flimkien ma’ Friends of the Earth Malta, qed isostnu li l-ftehim magħruf bħala Transatlantic Trade and Investment Partnership, hu trattat ta’ theddida għal deċiżjonijiet meħuda demokratikament, għax jobbliga l-awtoritajiet lokali u nazzjonali eletti biex jagħtu priorita il-liberta tas-suq fuq l-interess pubbliku.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu f’Ta’ Qali, il-grupp Friends of the Earth sostna li parti minn dan it-trattat jinkludi l-mekkanizmu ta’ ISDS – jiġifieri ta’ kif għandhom jiġu riżolti kwistjonijiet legali bejn stat u kumpaniji internazzjonali privati.
Skont il-Front u skont Friends of the Earth Malta it-trattat jhedded id-drittijiet tal-ħaddiema, id-drittijiet tal-konsumatur, u servizzi pubbliċi.
Il-Front f’Malta Kontra t-TTIP u Friends of the Earth Malta qed jħeġġu l-gvern Malti u l-MEPs Maltin biex jiddikjaraw b’mod ċar il-pożizzjoni tagħhom fuq din il-kwistjoni. Jirriżulta li aktar minn 2.3 miljun ċittadin Ewropew diġa ffirmaw il-petizzjoni sabiex dan it-trattat jitwaqqaf.
//= $special ?>