Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

IL-ĠURNALI LLUM IS-SIBT 22 T’AWWISSU 2015

IN-NAZZJON fil-faċċata tirraporta kif l-Awditur Ġenerali kkonferma li beda l-investigazzjoni tiegħu dwar il-garanzija statali għall-bini tal-Power Station u dan wara talba tal-oppożizzjoni li issa talbitu jestendi l-investigazzjoni. Fi storja oħra tal-ġurnalist Joe Mikallef In-Nazzjon tgħid li l-GWU se ttemm l-impjieg ta’ għadd kbir ta’ ħaddiema.

L-ORIZZONT fil-faċċata għandha t-titlu ‘Sodisfazzjon kbir bir-riġenerazzjoni tan-nofsinhar’ fejn titkellem dwar l-attivita’ politika tal-bieraħ tal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Bormla. F’parti żgħira tal-faċċata L-Orizzont titkellem dwar ir-ristrutturar fil-Union Print, storja li tkompli f’paġna 2.

THE TIMES OF MALTA u THE MALTA INDEPENDENT fil-faċċata t-tnejn jitkellmu dwar il-baġit u jgħidu li l-baġit 2016 huwa mistenni li jkollu fil-qalba tiegħu lil dawk bi dħul baxx. The Times of Malta minn naħa tagħha fi storja oħra fil-faċċata titkellem dwar l-inċident fejn numru ta’ persuni nqabdu jġorru materjal pirotekniku b’mod illegali fuq il-katamaran. The Malta Independent minn naħa l-oħra ttina storja bit-titlu “Not my remit to take steps against accountants who are charged in court – PM” b’rabta mal-kummenti tal-Prim Ministru Joseph Muscat fuq l-eks teżorier tal-Partit Laburista Joe Sammut.