Jekk il-Gvern jibqa’ għaddej bi żvilupp ta’ 18,000 metru kwadru fuq art ODZ fiż-Żonqor, ikun sinjal tal-falliment tal-Gvern li jirrikonoxxi s-sbuħija tal-ambjent Malti.
Il-Kunsill Studenti Universitarji, KSU, qal dan fi stqarrija ffirmata f’isem 39 organiżazzjoni tal-istudenti oħra. Fl-istqarrija l-KSU saħaq li dak li tħabbar mill-Prim Ministru Joseph Muscat riċentament mhuwiex tajjeb biżżejjed.
Il-KSU fisser li l-pożizzjoni tiegħu ma nbidlitx f’dawn l-aħħar xhur u jibqa’ tal-fehma li art verġni m’għandha tintmiss qatt, speċjalment 18-il tomna art verġni fiż-Żonqor.
Filwaqt li appella lill-Gvern biex isib sit ieħor għall-iżvilupp ta’ dik li qed tissejjaħ ‘Universita’ Amerikana’, il-KSU tenna l-impenn tiegħu lejn il-Front Ħarsien ODZ biex kull metru kwadru ta’ ambjent li fadal f’pajjiżna jkun salvat.
//= $special ?>

