Internazzjonali

Sparatura fuq ferrovija fi Franza mwaqqfa minn passiġiera Amerikani

Inċident ta’ sparatura fuq ferrovija fit-tramuntana ta’ Franza ma’ kellux konsegwenzi aktar serji wara intervent f’waqtu minn xi passiġiera.

L-inċident seħħ meta żgħażugħ Marokkin ta’ 26 sena fetaħ in-nar fuq il-ferrovija. L-aggressur ġie kkontrollat minn żewġ passiġġieri mill-Istati Uniti li nsertaw fuq il-ferrovija.

L-inċident seħħ qrib l-istazzjon ta’ Arras, fejn iktar tard ir-raġel ġie arrestat. Huwa kien jinsab fuq ferrovija li timxi b’veloċità qawwija.

Tliet persuni spiċċaw midruba f’dan l-inċident bil-Ministru għall-Intern Franċiż ifaħħar lill-Amerikani li ntervjenew.

L-aggressur nstabu fuqu Kalashnikov, sikkina, pistola awtomatika u skrataċ.