Ċertu sitwazzjonijiet li jiltaqgħu magħhom persuni LGBTQQI fil-ħajja ta’ kuljum jistgħu ikunu ta’ sfida għal integrazzjoni sħiħa ta’ persuni LGBTQQI.
Kien dan l-iskop ta’ workshop li kien organizzat bejn il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista, il-Forum Opportunitajiet Indaqs Partit Nazzjonalista u l-organizazzjoni We Are. We Are hi s-Soċjeta’ Universitarja li tirrappreżenta persuni LGBTQQI.
Waqt il-workshop ingħata tagħrif minn rappreżentati tal-We Are dwar x’għandu wieħed jagħmel meta jkun iffaċċjat b’sitwazzjonijiet li jgħaddu minnhom persuni LGBTQQI fil-ħajja ta’ kuljum.
L-attivitajiet f’dan il-workshop kienu jinkludu ‘ice-breaker’ fejn il-parteċipanti ma setgħux jiddiskutu l-irwol tagħhom fix-xogħol, il-familja jew x’jagħmlu fil-ħin liberu tagħhom – bil-mira tkun li huma jindunaw kif persuna LGBTQQI tħossha meta ma tkunx komda tiżvela l-orjentazzjoni sesswali tagħha; kif ukoll kwizz fuq it-termini, l-istorja u l-liġijiet li jaffettwaw il-komunita tal-LGBTQQI.
Il-President tal-MŻPN Matthew Agius tkellem dwar l-importanza li l-liġijiet li jippromwovu d-drittijiet ċivili ma jibqgħux fuq il-karta biss.
Il-workshop sar ġewwa d-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista’.
//= $special ?>

