Lokali

Ferut gravi b’arma li taqta’ f’argument f’Ħal Għargħur

Raġel ta’ 33 sena residenti Ħal Għargħur safa ferut b’arma li taqta’ u bil-ponta f’argument f’Ħal Għargħur.

Il-Pulizija ġiet infurmata bl-argument għall-ħabta tat-3.15 ta’ waranofsinhar, meta ntalbet l-assistenza tal-Pulizija ġewwa l-Pjazza ta’ Ħal Għargħur minħabba argument bejn xi persuni.

Malli waslu fuq il-post, u minn stħarriġ preliminari irriżulta li kawża tal-argument weġġa’ raġel ta’ 33 min-Naxxar.

Fuq il-post issejħet ambulanza biex ir-raġel jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.