Lokali

IL-ĠURNALI TAL-ĦADD

Ħarsa lejn l-artikli u r-rapporti ewlenin fil-ġurnali tal-lum:

Il-Mument bi storja eklussiva dwar delegazzjoni li l-Gvern Laburista u l-Partit Laburista ta’ Joseph Muscat se jibgħatu fil-Korea ta Fuq.

The Sunday Times of Malta b’rapport ewlieni dwar deċiżjoni li ttieħdet mill-Uffiċju tal-Prim Ministru biex ma jsirx monument ta’ Dom Mintoff quddiem il-bini ta’ Kastilja.

The Malta Independent b’rapport li jkompli jiżvela aktar dettalji mill-każ Joe Sammut, din id-darba dwar eks Konslu ta’ Malta fil-Libja li kien imexxi l-iskema ta’ residenzi ma’ Sammut.

MaltaToday b’rapport dwar il-qtil ta’ ħaddiem mil-Latvja f’lukanda fil-Mellieħa u dwar kif Francis Zammit Dimech qed jiġi mfittex fil-kapaċita’ tiegħu ta Direttur mhux eżekuttiv tal-kumpanija.

Illum b’rapport dwar l-AirMalta u kif din mhux se tagħmel profitt sal-2016.

It-Torċa b’rapoprt dwar il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami u l-flus li jaqla’. Il-Kulħadd b’rapport li jwaħħal fil-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għal garanziji li ngħataw il-passat lil entitajiet pubbliċi.