Lokali

Il-Labour u l-Gvern ta’ Muscat għall-Korea ta’ Fuq

Muscat se jibgħat delegazzjoni fil-Korea ta’ Fuq

Il-Gvern Malti flimkien mal-Partit Laburista se jibagħtu rappreżentant tagħhom għas-67 anniversarju tal-Jum Nazzjonali tal-Korea ta’ Fuq li se jkun iċċelebrat nhar l-Erbgħa, 9 ta’ Settembru li ġej.

Dan ġie żvelat mill-ġurnal il-mument, li f’rapport ippubblikat qalet li għandha informazzjoni li l-Ministru Joe Mizzi flimkien ma’ Alex Sceberras Trigona, li kien Ministru Soċjalista fi żmien il-Gvernijiet ta’ Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici, se jkunu r-rappreżentanti tal-Prim Ministru u tal-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat.

Huma għandhom iħallu Malta fil-bidu ta’ Settembru biex ikunu jistgħu jattendu għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet kbar u li għalihom il-Gvern Dittatur ta’ Pyongyang jistieden biex ikunu preżenti rappreżentanti ta’ gvernijiet li hu jqis li huma ħbieb tiegħu.

L-arranġamenti biex il-Ministru Joe Mizzi u Alex Sceberras Trigona jmorru għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet fil-Korea ta’ Fuq qed isiru bl-għajnuna tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, anki minħabba li l-proċedura soltu segwita biex xi ħadd iżur il-Korea ta’ Fuq hi xi ftit kumplikata.

Bħalissa l-Korea ta’ Fuq hi fuq quddiemnett tal-aħbarijiet internazzjonali minħabba li r-reġim ta’ Kim Jong-un qiegħed iħejji u jimmobilizza l-poplu u l-armata tiegħu biex minn mument għall-ieħor jidħol fi gwerra mal-pajjiż ġar tiegħu – il-Korea ta’ Isfel.

Aktar dettalji fil-ġurnal il-mument.

korea