It-terrorista tal-ISIS ta’ nazzjonalità Britannika, imlaqqam Jihadi John, qed jhedded li jirritorna fir-Renju Unit għal missjoni malinna partikolari.
Ir-raġel, eksresidenti ta’ Londra u li s-servizzi sigrieti, issa, identifikawh bħala Mohammed Emwazi, fl-aħħar xhur kien deher fuq diversi filmati tal-ISIS fejn qed jaqta’ l-irjus tal-ostaġġi, li jinkludu rġiel mill-Istati Uniti u r-Renju Unit.
Fil-fatt, Emwazi, jew Jihadi John sar wieħed mill-aktar ‘uċuh prolifiċi’ tal-ISIS minkejja li dejjem baqa’ mgħammad fuq il-filmati. Intant, l-aħħar filmat li ttieħed minn fuq telefon ċellulari fis-Sirja juri lil Emwazi liebes beritta u kappott u fejn jinstama’ jgħid li ‘għandu jirritorna r-Renju Unit fejn se jkompli jaqta’ l-irjus tan-nies’.
F’dan il-filmat, Emwazi qed juri wiċċu għall-kamera għall-ewwel darba u jhedded li se jmur lura pajjiżu ‘mal-Khalifa (il-mexxej tal-ISIS) bl-iskop speċifiku li joqtol persuni li m’humiex Musulmani’.
Jaħsbu li l-filmat ġdid li qed tiċċirkola l-gazzetta Daily Mail kien ittieħed xahrejn ilu fl-artijiet tas-Sirja lejn ix-xlokk. Dan meta Emwazi ilu jgħix bil-moħbi mindu nkixfet l-identità tiegħu fil-bidu tas-sena.
//= $special ?>