Katavru ta’ barrani nstab f’ċirkustanzi li ma jidhrux li huma suspettużi. Is-sejba saret f’appartament fi Triq il-Ħriereb fl-Imsida.
Il-Pulizija ġiet infurmata bil-każ għall-ħabta tas-2.15 ta’ waranofsinhar. Huma marru immedjatament fuq il-post fejn ġie kkonfermat ir-rapport. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel ma mietx f’ċirkustanzi suspettużi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta. Il-Pulizija għadhom għaddejin bl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>

