Lokali

Mara b’ġrieħi gravi wara nirien f’dgħajsa

Mara ta’ 31 sena minn Ħaż-Żabbar qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara nirien li ħakmu dgħajsa ta’ 15-il pied f’garaxx.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.45 ta’ filgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas f’Marsaskala, kien hemm dgħajsa li kienet ġo garax u li ħadet in-nar.

Pulizija mill-għassa ta’ Ħaż-Żabbar u membri tal-Protezzjoni Ċivili minnufih marru fuq il-post fejn in-nirien ġew kontrollati.

Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei fejn ġiet ċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. Raġel ta’ 30 sena wkoll minn Ħaż-Żabbar ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.