’Il fuq minn 1,500 Sirjan li kienu ilhom il-jiem kostretti li jgħixu fi speċi ta’ limbu f’zona tal-fruntiera rnexxielhom jaqsmu mit-territorji Griegi lejn il-Maċedonja.
Dan meta l-Greċja u l-Maċedonja għadhom fl-eqqel ta’ kriżi tar-refuġjati, b’numru enormi ta’ immigranti – li ħafna minnhom qed jaħarbu mill-gwerra tas-Sirja – qed jinġemgħu fl-inħawi. Min-naħa tagħha, il-Maċedonja għalqet l-aċċess mill-fruntiera tan-Nofsinhar waqt li ddikjarat stat ta’ emerġenza.
Fi tmiem il-ġimgħa, eluf ta’ immigranti għaddew mill-inħawi tas-sigurtà li huma mgħassa mill-pulizija biex jaqsmu mill-Greċja għall-Maċedonja. L-aħħar movimenti tal-mijiet tas-Sirjani kien possibbli ‘ladarba l-pulizija ppermettew li r-refuġjati jaqsmu lejn il-Maċedonja’ u wara li l-istess qawwiet għaż-żamma tal-liġi kienu użaw is-stun grenades biex jikkontrollaw il-folol mal-fruntiera.
Ħafna minn dawn l-immigranti għandhom ix-xewqa li jivvjaġġaw mill-Maċedonja u s-Serbja bl-iskop li jaslu fil-pajjiżi lejn in-naħa ta’ fuq tal-Ewropa.
//= $special ?>